l-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, kompla jkun viċin in-nies meta ddjaloga ma’ delegati tal-Partit Laburista.
Id-delegati kellhom iċ-ċans isemmgħu leħinhom u jindirizzaw bosta temi, fil-preżenza tal-membri tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.
Dawn kienu jinkludu lid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, Daniel Micallef; il-President, Ramona Attard; il-Viċi President, Louis Gatt; is-Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali, Catherine Fenech; is-Segretarju Organizzattiv, William Lewis; u ċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Ideat, Elaine Degiorgio.
Preżenti għal din il-laqgħa, li saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, kien hemm ukoll Ministri, Segretarji Parlamentari, u deputati.
Il-Prim Ministru enfasizza l-prinċipji tal-umiltà biex il-Partit Laburista jibqa’ preżenti fil-ħajja tan-nies u jibqa’ jisma’ lil kulħadd.