F’Jannar li għadda, in-numru ta’ persuni li ġew f’pajjiżna kien 136,167.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li wrew li kien hemm żieda ta’ 76,239 meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena l-oħra. F’Jannar tas-sena l-oħra ġew 59,928 turist.
Minn din l-istastika tal-NSO ħareġ li 124,151 turist ġew f’pajjiżna fuq btala, filwaqt li l-bqija ġew għal raġunijiet bħal xogħol.
F’Jannar, 41.1 fil-mija ta’ dawk li ġew f’artna bħala turisti kellhom bejn il-25 u l-44 sena, filwaqt li 31.1 fil-mija kienu mill-grupp ta’ età ta’ bejn il-45 u l-64 sena.
B’kollox, 42.2 fil-mija tat-turisti ġew mill-Italja, mir-Renju Unit, u mill-Polonja.
It-total ta’ ljieli li qattgħu t-turisti f’pajjiżna żdied b’79 fil-mija, meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena l-oħra. F’Jannar li għadda, it-total ta’ ljieli kien 1,031,718 lejl. Il-medja ta’ ljieli mqatta’ kien ta’ 7.6 ljieli.
In-nefqa tat-turisti f’Jannar li għadda qabżet id-€99.1 miljun. Din tfisser żieda ta’ aktar minn €52 miljun, meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena l-oħra.