Illum se jingħata l-aħħar tislima l-eks Ministru Laburista Edwin Grech.
Il-Professur Edwin Grech miet l-Erbgħa li għadda fl-età ta’ 94 sena. Huwa serva bħala Ministru għas-Sigurtà Soċjali fil-Gvern Laburista tad-disgħinijiet u għadda minn martirju wara l-qtil ta’ bintu Karin b’ittra bomba f’ Diċembru tal-1977.
Huwa se jingħata l-aħħar tislima llum fl-għaxra ta’ filgħodu fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann, wara li jgħaddi korteo minn quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista madwar siegħa qabel.
L-eks Ministru Laburista diġà ngħata tislima f’ċerimonja li saret is-Sibt fiż-Żebbuġ Għawdex, skont ix-xewqa li esprima hu stess, biex issirlu quddiesa ta’ memorja fir-raħal Għawdxi fejn kien jgħix għal bosta snin.