Raġel ta’ 31 sena mill-Marsa u mara ta’ 29 sena minn Ħaż-Żabbar inqabdu fil-fatt jisirqu minn stabbiliment f’Bormla.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu fi Triq San Franġisk x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm movumenti suspettużi ta’ xi persuni.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u kif waslu quddiem l-istabbiliment, innutaw li lkatnazz kien imkisser. Għalhekk, il-Pulizija ħadu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji u malli daħlu ġewwa, ġew wiċċ imb’wiċċ ma’ raġel u mara li kellhom wiċċhom mgħammad u b’xi għodda f’idhom.
Huma ġew arrestati minnufih u minn tfittxija li saret fuqhom, instabu fil-pussess ta’ mus, torch u flus kontanti, fost affarijiet oħra.
Waqt l-istħarriġ li sar fuq il-post, il-Pulizija sabet ukoll vettura li kienu qed jagħmlu użu minnha, ipparkjata fi Triq it-Tlett Ibliet. Mill-vettura ġew elevati xi lievi.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud li fetaħ inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.