Iktar deputati tal-Partit Nazzjonalista qed jiddefendu l-aġir provokattiv tal-Partit Nazzjonalista, fil-Parlament u barra minnu.
Bid-deputat tal-establishment tal-Partit Nazzjonalista, Mark Anthony Sammut, ma jħallix lid-deputat Stanley Zammit iwieġeb, biex iserraħ moħħu li jkun hu li jiddefendi lil Bernard Grech u lil Karol Aquilina, fost oħrajn.
Ġurnalist: “Kuntenti bl-aġir tagħkom dakinhar?”
Mark Anthony Sammut: “L-aġir tagħna dakinhar ma kienx aġir li jinstiga”
Sammut qal dan anke jekk wara dak li sar fil-parlament u barra, il-folla saħansitra ħassitha komda tintimida ġurnalisti u l-eks segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier jissotta lill-Prim Ministru.
Iżda, Sammut iddefenda dan għax skont hu tagħhom kienet biss reazzjoni.
Hawn id-deputat Mark Anthony Sammut qal li, “L-aġir tagħna dakinhar kien reazzjoni”.
Skont hu dan għax qed issir parodija tad-demokrazija.
“Aħna mhux se naċċetaw parodiji bid-demokrazija”, qal Mark Anthony Sammut.
Hekk irrepeta li qal il-viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione.
Il-viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista kien qal, “Dak li ġara lbieraħ fi kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni, kien parodija”.
Fil-fatt kliem Bernard Grech kien hekk.
L-aġir tal-Oppożizzjoni fil-kamra, inċita l-folla sakemm barra anke ġew attakkati ġurnalisti.
Dan qabel Bernard Grech u Adrian Delia bdew diskorsi mimlija tgħajjir, inkluż fil-konfront tal-ispeaker tal-kamra.