Illum hekk kif f’Malta qed isir is- Summit Informali għall-mexxejja Ewropej, is-sigurtá fil-Belt Valletta żdiedet ġmiela. Ix-xogħol ta’ preparamenti kien ilu għaddej għal ġimgħat twal.
Minkejja dak fuq il-faċċata, jiġifieri l-miżuri ta’ sigurta li l-pubbliku jista’ jara, fost oħrajn l-iskorti u l-preżenza tal-Pulizija f’postijiet strateġiċi madwar il-Belt Valletta iżda minkejja dan ikun hemm xogħol importanti ieħor marbut mal-loġistika li huwa importanti ferm f’dik li hija sigurtá.
Kmieni dalgħodu rajna fost oħrajn il-mexxejja Ewropej jiġu misjuqa minn membri tal-Forzi Armati fi Triq ir-Reppublika.
Il-pubbliku huwa mitlub li jirrispettaw il-ħidma li qed issir mill-Forzi tas-Sigurta’ u jikkoperaw mal-istruzzjonijiet tal-Pulizija, kif appella ukoll il-Ministru Carmelo Abela.