Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li huwa potenzjalment ikkontaminat bin-norovirus.
Deskrizzjoni tal-Prodott: | Frawli ffriżat |
Ditta: | Begro |
Data tad-durabilita`: | 04/2019 |
Piż: | 1kg |
Numru tal-lott: | L6299B1 |
Oriġini: | Il-Ġermanja |
Peress li ġie rrappurtat li l-prodott laħaq wasal għand il-konsumatur, id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħatemail fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq http://health.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.