Żewġt irġiel ġew arrestati f’Hong Kong għall-pussess ta’ kotba bl-istampi li l-awtoritajiet jgħidu li huma provokattivi. Dan għaliex skont huma jinċitaw jew iġġiegħelu lin-nies jirribellaw kontra l-awtorità tal-istat.
L-irġiel huma l-ewwel li ġew arrestati talli sempliċement kellhom il-kotba – wara li l-pubblikaturi ntbagħtu l-ħabs is-sena li għaddiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-awtoritajiet qed jinterpretaw il-kotba – li huma dwar nagħaġ li qed jippruvaw iżommu lura l-ilpup mir-raħal tagħhom – bħala li referenza għal Hong Kongers u l-gvern taċ-Ċina.
Kritiċi qed jgħidu li dawn l-arresti huma deterjorament ieħor tad-drittijiet tan-nies ta’ Hong Kong.
Human Rights Watch iddeskriviet l-arresti bħala “tal-mistħija”.