Il-ġenituri ta’ Madeleine McCann, it-tifla Ingliża li sfat nieqsa waqt ġita ma’ familtha fil-Portugal għaxar snin ilu, jinsabu diżappuntati wara li tilfu l-battalja li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar tmien snin kontra eks-uffiċjal tal-Pulizija li kien akkuża lill-ġenituri li bdew jaħbu xi informazzjoni rigward il-ħtif ta’ binthom.
Il-ġenituri saru jafu b’din l-aħbar jum qabel iċ-ċelebrazzjoni t’għeluq snin it-tewmin tagħhom, li issa għalqu 12-il sena.
Il-familja McCann issa tinsab f’mumenti ferm diffiċli hekk kif din il-battalja se tkun qed tiswihom aktar minn kemm xtaqu, fejn l-eks uffiċjal tal-Pulizija jista’ jiftaħ każ kontrihom.