Il-gvern Amerikan qed jinsisti li TikTok għandu jinbiegħ jew inkella jiffaċċja projbizzjoni fil-pajjiż.
L-app li tinuża għall-filmati hija proprjetà tal-kumpanija Ċiniża ByteDance, u tinsab akkużata li qed toħloq riskju għas-sigurtà nazzjonali permezz ta’ informazzjoni li qed tinġabar minn minn miljuni ta’ persuni li jużawha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-talba għal bidla fis-sidien kienet irrappurtata l-ewwel fil-Wall Street Journal u issa ġiet ikkonfermata lil BBC News minn TikTok stess.
Il-kumpanija Ċiniża qalet li bejgħ sfurzat mhux se jbiddel il-mod kif tiġi proċessata l-informazzjoni jew l-aċċess tagħha.
Għal snin sħaħ uffiċjali Amerikani esprimew tħassib li informazzjoni mill-app popolari tista’ taqa’ f’idejn il-gvern Ċiniż.