Steward Healthcare ressqet appell quddiem il-Qorti b’rabta mas-sentenza tal-Qorti Ċivili li annullat il-konċessjoni tal-isptarijiet filwaqt li qed titlob deċiżjoni mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Fi stqarrija, Steward qalet li qed tappella bl-argument li s-sentenza li ngħatat mill-Qorti Ċivili mill-Imħallef Francesco Depasquale ma kinitx ibbażata fuq l-evidenza.
Il-kumpanija qalet li ma ntalbitx tressaq l-evidenza, li issa għaddietha lill-Qorti flimkien mal-appell. Dan minbarra li, skont il-kumpanija, is-sentenza mogħtija kien fiha aktar nuqqasijiet.
Flimkien mal-appell mis-sentenza tal-Qorti Ċivili, Stewart ressqet ukoll talba quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari għax, qalet, is-sentenza tal-Qorti toħloq tħassib dwar l-Istat tad-Dritt.