Skont Fox News, aktar minn 1,500 għalliem f’94 skola publika f’Detroit irrapurtaw li huma morda u ma marrux jgħallmu bi protesta wara li saru jafu li l-probabbiltà hi li mhux se jitħallsu s-salarju wara Ġunju għax id-distrett huwa fallut.
L-għalliema u l-ġenituri tal-istudenti qed jisħqu mal-politiċi tal-istat ta’ Michigan biex japprovaw ir-riformi fl-edukazzjoni li se jiswew 715-il miljun dollaru biex hekk ikunu jistghħu jitħallsu l-għalliema, li minn ras għal ras għandhom salarju annwali ta’ 63,716-il dollaru, ekwivalenti għal 55,250 ewro.
Fl-iskejjel pubbliċi f’Detroit hemm 47 elf student.