L-Istati Uniti flimkien mar-Renju Unit u l-Awstralja żvelaw id-dettalji dwar ftehim bejniethom biex flimkein jikkreaw flotta ta’ sottomarini.
Dan fid-dawl tal-influwenza Ċiniża fl-Oċean Paċifiku, t-tliet alleati se jkunu qed jembarkaw fuq il-proġett imsejjaħ Aukus.
L-Awstralja se tkun qed tirċievi minn tal-inqas tliet sottomarini nukleari mingħand l-Istati Uniti. Barra minn hekk, t-tliet pajjiżi se jkunu qegħdin jikkreaw flotta tal-aħħar teknoloġija bir-reatturi nukleari jkunu dawk ta’ Rolls-Royce tar-Renju Unit.
Il-ftehim ġab ir-reazzjoni ta’ Beijing li sostna kif tali ftehim iweġġa’ l-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun.
Il-proġett Aukus tħabbar f’San Diego, f’Kalifornja mill-President Amerikan, Joe Biden flimkien mal-Prim Ministri tar-Renju Unit u l-Awstralja, Rishi Sunak u Anthony Albanese, rispettivament.
Ritratt: Getty Images / BBC