Keith Galea u Maya Schembri Rodgers huma ċ-champions nazzjonali tad-Duathlon hekk kif il-Ħadd saru l-Kampjonati Nazzjonali tal-Standard Distance Duathlon. Dawn il-kampjonati saru fi Fleur-deLys.
Keith Galea ta’ Birkirkara St Joseph rebaħ it-titlu għas-seba’ darba fil-karriera. Huwa daħal l-ewwel f’ħin ta’ 1:42:30. Galea kien segwiet mill-atleta ta’ Tri Gozo’s Josef Azzopardi (1:43:12) filwaqt li Steve Ritchie ta’ Birkirkara St Joseph daħal it-tielet (1:45:00).
Krista Kuusijarvi rebħet il-kategorija tan-Nisa f’ħin ta’ 1:52:02. Hija kienet segwieta minn Maya Schembri Rodgers (2:03:5) filwaqt li Denise Cortis daħlet fit-tielet post (2:19:50).
Peress li t-titlu ta’ Champion Nazzjonali huwa riservat għall-atleta malti, Maya Schembri Rodgers rebħet dan it-titlu peress li kienet l-ewwel maltija li spiċċat il-kompetizzjoni.
Għal Schembri Rodgers din kienet l-ewwel darba li rebħet dan it-titlu.