Fi tmiem il-ġimgħa l- gћaqda Maltija tal-weightlifting ikompetiet bħala mistiedna ġewwa Franża permezz ta` Tenisha Thornton u Kim Camilleri Lagana.
L-ewwel fuq il-pjattaforma Kim Camilleri Lagana għamlet riżultati mill-aqwa, fetħet is-Snatch bi ta`53kilo u kompliet it-tentattivi ta’ wara f’55kilo u 57kilo. Il-ftuħ tal-Clean & Jerk kien ta’70kilo, komplit iżżied sa72kilo. Hija falliet bi ftit it-tielet tentattiv tagħha ta`74kilo waqt il-Jerk. Hi rnexxielha tistabbilixxi 20 rekord nazzjonali fil-kategorija tal-45kilo b’57kilo Snatch, 72kilo C&J u żewġ totali ta’ 127kilo u 129kilo f’ħames gruppi ta’ etajiet differenti, U15, U17, U20, U23 u kbar
Riżultat impressjonanti ieħor wasal minn Tenishia Thornton li bdiet is-Snatch f’81kilo u b’suċċess kompliet iżżid gћal 83kilo u 85kilo. Fil-ftuħ tal- Clean & Jerk kien ta`101kg, sfortunatament tilfet il-Jerk tat-tieni tentattiv tagħha ta`104kilo iżda dan ma waqqafx lil Thornton biex tiżgura t-tilet tentattiv tagħha f’106kilo. Hi rnexxielha tistabbilixxi 6 rekords nazzjonali fil-kategorija ta’ 64kilo b’106kilo C&J u total ta’ 191kilo fi 3 gruppi ta’ etajiet differenti, U20, U23 u kbar.
Din il-kompetizzjoni kienet importanti ħafna għaż-żewġ atleti, issa li jinsabu qrib il-kompetizzjonijiet tagħhom ta’ livell għoli.
Kim Camilleri Lagana se tikkompeti fil-Kampjonati Dinji taż-Żgħażagħ tal-IWF f’Durres Albanija fis-26 ta’ Marzu. Filwaqt li Tenishia Thornton se tikkompeti fil-Kampjonati tal-kbar tal-EWF (Avveniment ta’ Kwalifikazzjoni Olimpika) ġewwa Yerevan l-Armenja fis-17 ta’ April.
Dawn il-kompetizzjonijiet mhumiex possibbli mingħajr l-appoġġ kontinwu tal-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta.