Bidu pożittiv għal Malta fil-kompetizzjoni tal-Kbar waqt il-Kampjonat Ewropew tas-Snooker li għaddej f’pajjiżna. Dan hekk kif il-plejer malti Chris Peplow kiseb rebħa tajba iċ-champion ewropew tal-U21, l-iskoċċiż Liam Graham.
Graham rebaħ dan l-unur il-bieraħ filgħaxija. Huwa qed jieħu sehem ukoll fil-kategorija tal-kbar u dalgħodu kellu jbaxxi rasu quddiem il-malti Chris Peplow.
Peplow ħareġ rebbieħ bi skor ta’ 3-0.
Intant dawn kienu riżultati oħra ta’ plejers maltin sa issa:
Aaron Busuttil 3 – 1 Vasilije Pesic (Serbia)
Ivan Attard 0 – 3 Brian Ochoiski (France)
Alex Borg 3 – 0 Jamie Wilson (Isle of Man)
Brian Cini 3 – 0 Vladislav Gradinari (Moldova)