Iċ-ċittadini huma kruċjali fl-Ewropa tal-lum.
Stqarr dan Markku Markkula, l-president tal-kumitat ewropew tar-reġjuni waqt li kien qed jipparteċipa fi djalogu taċ-ċittadini organizzat mill-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali u l-kumitati tar-reġjuni.
L-għan ta’ dan id-djalogu huwa biex iċ-ċittadini jwasslu l-ideat tagħhom fuq kif taħdem l-Ewropa u jesprimu l-ħsibijiet tagħhom dwar dak li l-aktar jinteressahom.
Markkula saħaq li l-politikanti jridu jirrappreżentaw ir-reġjuni kollha fi ħdan l-Unjoni Ewropea u jeħtieġ li jsir aktar biex l-Unjoni Ewropea jkollha l-aħjar prattiċi għall-benefiċċju ta’ kullħadd.