Fit-tieni logħba tas-Sibt wara nofsinhar fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Mosta u Birkirkara ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ 1 – 1.
Birkirkara fetħu fuq l-offensiva u wara sitt minuti xutt ta’ Andrei Ciolaciu stampa mal-minduda.
Mosta wieġbu b’konklużjoni tal-veteran Clayton Failla fit-23 minuta li spiċċa barra.
Erba minuti war u Mosta marru fil-vantaġġ meta Boubakari Diarra fajjar xutt minbarra l-kaxxa bil-gowler ta’ Birkirkara Giocomo Nava salva iżda ma’ żamx biex il-ballun spiċċa fix-xibka għal 1- 0.
Ir-reazzjoni ta’ Birkirkara kienet tajba u wara azzjoni kemmxejn konfuża, kien finalment Ciolaciu li ra’ l-konklużjoni tiegħu terġa tispiċċa mal-lasta.
Mat-tokki tal-45 minuta Birkirkara ġabu d-draw meta Ciolaciu qassam lejn Yannich Yankam li fajjar xutt li l-ewwel ħabat mal-lasta qabel ma’ intemm fix-xibka għal 1 – 1 sal-intervall.
Mas-siegħa logħob iż-żagħżugħ Karkariż Neil Micallef ra l-konklużjoni tiegħu tmur barra bit-tim Mosti ma’ joqgħodx lura u ftit tas-sekondi biss wara kellu jkun Nava li jsalva konklużjoni ta’ Precious Tenebe ta’ Mosta.
Tlett minuti mit-tim daqqa ta’ ras tas-sostitut Michael Okoh ġiet salvata minn Nava fil-lasti ta’ Birkirkara.
Referee: Slobodan Petrovic.
Plejer tal-Logħba: Andrei Ciolaciu (Birkirkara)