Wirja mill-aqwa għat-tiratur malti tat-Trap Gianluca Chetcuti hekk kif spiċċa fil-ħames post tal-Kampjonat tad-Dinja ISSF tat-Trap.
Chetcuti irnexxielu jikkwalifika għall-fażi finali tal-kompetizzjoni Trap waqt il-Kampjonat kien qed isir f’Doha il-Qatar. Din kienet l-ewwel darba li atleta malti tat-Trap irnexxielu javvanza sa dan l-istadju tat-Tazza tad-Dinja.
Gianluca ikkwaliifka bi skor ta’ 122/125 plattina +4 shoot-off. Huwa pero kien eliminat wara t-tieni serje ta’ Ranking Match 1 bi skor ta’ 20/25 plattina.
Finalment Gianluca Chetcuti spiċċa fil-ħames post overall minn total ta’ 118 il-tiratur mid-dinja kollha.
B’dan ir-riżultat Chetcuti jinsab viċin li jikseb il-kwota sabiex jikkompeti fil-Kampjonat Ewropew 2023 li se jsir f’Ġunju u Lulju li ġej.
Dan ir-riżultat inkiseb bl-għajnuna u l-ħidma tal-Kumitat Olimpiku Malti, SportMalta u l-Federazzjoni Maltija Sport tal-Isparar.
Fil-Kamponat tad-Dinja ISSF tat-Trap Malta ħadet sehem b’sitt atleti: erba’ irġiel u żewġ nisa.
Dwn kienu: Gianluca Chetcuti, William Chetcuti, James Galea Jr & Brian Galea flimkien ma’
Mikaela Galea & Mariah Busuttil.
Il-midalja tad-deheb fit-Trap tal-Irġiel intrebħet minn Oguzhan Tuzun (TUR). Matthew John Coward-Holley (GBR) rebaħ il-fidda filwaqt li Prithviraj Tondaiman (IND) ħa il-bronż.