Marsaxlokk iddominaw bis-sħiħ lil Hiberians u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1, bil-Pawlisti xejn ma jimpressjonaw.
Marsaxlokk fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fis-16-il minuta meta Juan Cruz Aguilllar għadda tajjeb lejn AYRTON ATTARD li minn taħt il-lasta u b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa.
Huma komplew fuq l-offensiva u fis-36 minuta, rduppjaw l-iskor meta Leandro Aguirre serva lil AYRTON ATTARD li minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Hibernians, Marko Jovicic.
U jidher li Marsaxlokk ma kienux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fil-45 minuta, Kristian Keqi xeħet cross li sab lil Fabian Santiago Moracci li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tiġi mdawra f’corner mill-goalkeeper Kroat ta’ Hibernains, Marko Jovicic.
Kulma jmur kompla d-dominua assolut tax-Xlukkjari, u ftit sekondi wara, xutt mid-distanza ta’ Leandro Aguirre, stampa mal-wieqfa, bil-Pawlisti jeħilsuha ħafif.
Fit-tieni taqsima, ix-Xlukkajri ikomplew bl-istess ritmu tal-ewwel waħda u fit-68 minuta, xutt mid-distnza ta’ Leandro Aguirre stampa mal-mimduda, b’din tkun it-tieni darba li x-Xlukkajri laqtu l-lasta fil-partita.
Hibernians wieġbu ghall-ewwel darba fit-73 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras tad-difensur veteran, Andrei Agius, għaddiet ftit barra.
Marsaxlokk issiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fl-84 minuta meta Leandro Aguirre għadda tajjeb lejn FABIAN SANTIAGO MORACCI, li permezz ta’ xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa, tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Hibernians skorjaw il-goal tal-bandiera fil-ħin miżjud permezz ta’ xutt mill-viċin ta’ YUNUSA OWOLABI MURITALA li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tax-Xlukkajri, Jose Luis Maximiliano Gaminal Ruiz.
Referee: Marko Jovicic
Player tal-Logħba: Ayrton Attard (Marsaxlokk)