Sanjana Madappa u Aditya Raheja, koppja li għandhom il-klieb bħala membri tal-familja u li kien se jkollhom tarbija, għamlu l-oppost ta’ dak li qalilhom it-tabib u tal-familja. Dan hekk kif kulħadd beda itihom il-parir biex jeħilsu minnhom għax it-tarbija għandha tiġi l-ewwel.
Minkejja l-kummenti, il-koppja ddeċidiet li tiċċelebra l-imħabba li għandhom lejn il-klieb tagħhom billi jieħdu s-sett ta’ ritratti ta’ qabel it-twelid tat-tarbija, bil-klieb inklużi fir-ritratti!
“Ma nistax nifhem kif xi ħadd jeħles mill-kelb tiegħu għax ikun se jkollu tarbija. Ma nafx kif tista’ ġġib tarbija fid-dinja u teħles minn oħra fl-istess ħin,” qalet Aditya.