Il-ġimgħa filgħaxija bdiet tintlagħab it-22 ġurnata tal-Kampjonat Premier bil-konfront bejn Balzan u Valletta jintemm f’parita ta’ mingħajr gowls.
Kienu Valletta li ħadu l-inizjattiva fl-14 il-minuta b’konklużjoni ta’ Brandon Paiber li ġiet salvata minn Jonathan Debono.
Ir-risposta ta’ Balzan kienet immedjata għaliex sekondi biss wara konklużjoni ta’ Bogdan Mladenovic spiċċat mal-lasta.
L-azzjonijiet jerġaw jalternaw u fil-27 minuta free-kick ta’ Brandon Paiber għal Valletta ġie devjat f’korner bl-ewwel taqsima tintemm 0 – 0.
Fit-tieni taqsima ftit li xejn kellna azzjonijiet perikolużi bit-timijiet bħal donnhom bdew jibżaw jissugraw.
Marcus Grima ta’ Balzan kellu free-kick salvat minn Cain Formosa appena skorew is-siegħa logħob u għaxar minuti wara mill-ġdid Grima ta’ Balzan li impenja lil Formosa li salva tajjeb xutt mid-distanza.
Minn hawn il-quddiem ir-ritmu tal-partita naqas ħafna bil-konfront jintemm 0 – 0.
Referee: Fyodor Zammit
Plejer tal-Logħba: Paul Fenech (Balzan)