David Thake, Salvu Mallia u Wayne Hewitt inġabru jduru mat-toroq tal-Belt hekk kif pajjiżna qed iħejji biex għada jilqa’ summit tal-ikbar importanza dwar il-migrazzjoni u l-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea.
Summit li għalih ġejjin il-mexxejja kollha tal-Unjoni Ewropea b’uħud minnhom bdew jaslu fl-aħħar sigħat. Il-klikka tal-estremisti fil-Partit Nazzjonalista għamlet kartelluni li fuqhom komplew bl-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni kontra l-gvern u uffiċjali tiegħu.
Magħhom hemm ukoll Charlot Cassar, kunsillier f’Wied il-Għajn, kif ukoll il-kelb ta’ Salvu Mallia.