Skont studju pubblikat fil-journal Nature, ix-xjenzati irnexxielhom isibu xi jwassal biex persuna tiżviluppa l-kanċer tas-sider – pass li jista’ jwassal għal metodi ġodda kif dan jista’ jiġi mfejjaq jew evitat.
Biex jifhmu xi jwassal għall-marda, x-xjenzati riedu l-ewwel isibu xi jmur ħażin fid-DNA li jwassal biex it-tissue issir kanċeroġina.
Ix-xjenzati internazzjonali studjaw tliet biljun aspett tal-ġenetika ta’ 560 persuna b’kanċer tas-sider u sabu 93 set ta’ genes li jekk jimirdu jistgħu jwasslu għall-marda. L-istudju issa jidħol f’fażi oħra.