Waqt xogħlijiet li kienu għaddejjin fuq il-Ġnien tad-Dimensja f’San Vinċenz de Paul, instabu fdalijiet ta’ ajruplan tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qal kif dawn ix-xogħlijiet kapaċi jittardjaw minħabba din is-sejba, filwaqt li dan l-ajruplan ser jittieħed fil-mużew tal-avjazzjoni f’Ta’ Qali.
Minkejja li x-xogħlijiet għaddejjin b’ritmu mgħaġġel fuq il-Ġnien tad-Dimensja f’San Vinċenz de Paul, dawn kapaċi jittardjaw xi ftit minħabba sejba interessanti ta’ fdalijiet ta’ ajruplan tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan l-ajruplan ser jittieħed fil-mużew tal-avjazzjoni f’Ta’ Qali.
Il-Ministru qal li madanakollu, ix-xogħol qed ikompli bl-aħjar mod possibbli, biex dan il-ġnien jibda jitgawda wkoll mir-residenti bil-kundizzjoni tad-Dimensja f’SVPR.