Kien bħal-lum sitt snin, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, meta Għawdex u Malta raw għall-aħħar darba t-Tieqa tad-Dwejra.
Dakhinar, il-gżejjer Maltin kienu kkaraterizzati minn riħ qawwi u maltemp kbir.
L-arkata naturali, li kienet taf biha d-dinja kollha u ta’ kull sena kienet tiġbed lejha eluf ta’ nies, waqgħet mingħajr ħadd ma raha.
Dakhinar, l-attrazzjoni ikonika f’San Lawrenz, Għawdex, saret parti mill-istorja ta’ pajjiżna. Fil-fatt il-midja soċjali rat mijiet ta’ nies jippublikaw ritratti ta’ memorja li kellhoma mat-Tieqa tad-Dwejra.
Bla dubju ta’ xejn din l-attrazzjoni turistika se’ tibqa mfakkra għad-dehra tagħha f’serje u films popolari bħal Games of Thrones, Clash of The Titans u The Count of Monte Cristo.
Ara s-servizz li kien ħareġ One News dakhinar li “t-Tieqa tad-Dwejra ma baqgħetx teżisti.”