Mara ta’ 46 sena minn Ħal Qormi ġiet ordnata mill-Qorti tal-Appell biex tiskonta piena ta’ sentejn ħabs wara li naqset li tiddikjara d-dħul mill-qari tax-xorti.
F’Awwissu, il-mara kienet instabet ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati u ġiet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u mmultata €28,000.
L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali appella minn din is-sentenza wara li insista li l-mara kienet kisret sentenzi oħra tal-Qorti, u kien għalhekk li talab li s-sentenza sospiża tidħol fis-seħħ.
L-Imħallef Edwina Grima ordnat li s-sentenza sospiża għanda tidħol fis-seħħ, filwaqt li kkundannatha wkoll sena u nofs ħabs oħra fuq każ ieħor.
Il-Qorti kkundannat lill-mara għal total ta’ tliet snin u nofs ħabs.