Raġel ta’ 37 sena ma nstabx ħati li kkaġuna ġrieħi gravi lill-maħbub ta’ oħtu li rriżulta li tilef il-kontroll fuqu nnifsu meta xorob l-alkoħol u ħa l-pirmli tad-dipressjoni.
Fil-Qorti, Abdul Aziz Tarhuni ġie akkużat li ħebb għal raġel u li kkaġunalu ġrieħu gravi.
Fil-Qorti ntqal li l-allegat vittma beda jħossu ħażin wara li ħa xi pirmli u xorob l-alkoħol.
Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, intqal li l-allegat vittma tilef il-kontroll tiegħu nnifsu tant li beda jigdem u jħebb għall-qraba.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat fl-istqarrija tiegħu qal li huwa ma instiga l-ebda ġlieda u kien qed jipprova biss jikkalmah għax attakka u gidem lil oħtu.