Raġel mill-Ghana ammetta li kien se jsiefer lejn l-Italja u kien qed iġorr fil-bagalja €43,455 fi flus kontanti li ma ddikjarax.
Victor Owusu twaqqaf is-Sibt filgħaxija qabel tela’ fuq ajruplan għal Bergamo.
Il-liġi tgħid li persuni li jkunu se jitilqu minn Malta jridu jiddikjaraw ammonti li jaqbżu l-€10,000.
Uffiċjali tad-Dwana kkonfiskaw l-ammont żejjed skont il-liġi, filwaqt li l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Victor Axiaq ikkundannat lir-raġel is-somma ta’ €18,450.