Il-Malta Public Transport ħabbret li l-istudenti full-time jistgħu japplikaw għall-iStudent Tallinja Card mingħajr ma jħallsu l-15-il ewro biex japplikaw għall-ewwel darba.
L-għan huwa li t-trasport pubbliku jsir aktar affordabbli u aċċessibbli għall-istudenti f’ Malta u Għawdex.
L-inizjattiva tat-trasport pubbliku b’xejn tgħin biex l-istudenti jkunu aktar indipendenti, u tgħinhom jimirħu f’ postijiet u opportunitajiet ġodda mingħajr ħlas.
Matul Marzu u April ta’ din is-sena, kull student full-time irreġistrat f’kors f’pajjiżna jikkwalifika għal din l-offerta u jista’ japplika għaliha.
B’din il-card, l-istudenti jistgħu jgawdu wkoll minn rati ta’ vjaġġar imraħħsa fuq servizzi oħrajn, bħal fuq rotot diretti, servizzi on-demand, il-Valletta Ferry Services, u kiri ta’ Tallinja Bike.
Biex tapplika, żur publictransport.com.mt.