Is-Sibt filgħaxija fic-Centenary Stadium, Sirens kisbu rebħa importanti ħafna meta għelbu 1 – 0 lil Żebbuġ biex kabbru d-distakk mal-stess tim fil-klassifika.
L-ewwel azzjoni waslet wara 26 minuta logħob meta minn korner mill-lemin għat-tim minn San Pawl il-Baħar kien Adrian Borg li kkonkluda bir-ras liema konklużjoni għaddiet barra.
Man-nofs siegħa logħob wieġbu Żebbug Rangers meta minn azzjoni oħra ta’ korner kienet daqqa ta’ ras ta’ Shaun Bugeja li spiċċat kemm kemm barra.
Fil-32 minuta azzjoni perikluża għal Sirens meta Kei Sano ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper ta’ Żebbuġ Jamie Azzopardi li salva b’mod tajjeb f’din l-azzjoni.
Wara taqsima mingħajr gowls, tmien minuti fit-tieni taqsima u Sirens jmorru fil-vantaġġ meta Jacob Walker xeħħet kross u Leandro Almeida fit-tentattiv li jikklerja l-periklu tefa l-ballun fix-xibka tiegħu stess.
Ir-reazzjoni ta’ Żebbuġ damet ma’ waslet u kella nistennew sal-78 minuta meta Marcelino Motta, wara li rċieva kross mil-lemin ra’ d-daqqa ta’ ras tiegħu tagħdi kemm kemm għoli mil-lasta l-minduna.
Referee: Slobodan Petrovic
Pleyer tal-Logħba: Ricardo Correa Duarte (Sirens)