Kien għall-ħabta tat-2:55 ta’ dagħlodu meta vann Mazda ħa n-nar fi Triq San Edwardu f’Ħal Qormi.
Huwa tal-istess caterers li sarilhom attentat ta’ serqa fil-ħanut tal-ħelu, fl-istess triq f’Ħal Qormi, nhar it-30 ta’ Jannar filgħaxija. Din kienet it-tieni darba li fl-istess ħanut sar attentat ta’ serq.