Uffiċjali tal-Pulizija salvaw gawwi mweġġa’ f’Wied il-Għajn, wara li rċevew rapport li dan l-għasfur kien imweġġa’ f’nofs ta’ triq.
Minnufih, il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ Pulizija fil-Komunità marru fuq il-post u ħadu l-gawwi lejn l-għassa, fejn il-gawwi, li ngħatat l-isem ta’ Polly, ittieħdet fit-Taqsima tal-Protezzjoni Ambjentali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn hawn, Polly ttieħdet għand veterinarju tal-gvern għall-kura.