L-iskema tat-tqassim tal-mediċini fid-djar ta’ pazjenti li għandhom aktar minn 70 sena bdiet tiġi estiża f’lokalitajiet oħra barra dawk tal-proġett pilota ta’ Ottubru 2016. Barra l-lokalitajiet tar-Rabat u Raħal Ġdid hemm sitt lokalitajiet oħra li fihom qed jingħata dan is-servizz.
Dawn il-lokalitajiet huma:
- Il-Fgura
- Santa Luċija
- Ħal Tarxien
- L-Imdina
- Ħad-Dingli
- L-Imġarr
Minn din l-iskema se jkunu qed jibbenefikaw ukoll persuni b’nuqqas ta’ mobilitá.
Dan spjegah il-Ministru għas-saħħa bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Etienne Grech.