Tħabbar il-programm ta’ attivitajiet ‘L-Għid f’Għawdex – Arti, Fidi u Tradizzjoni’, li se jibda mill-10 ta’ Marzu u jibqa’ sejjer sal-14 ta’ April 2023.
Il-Ministru għall-Għawdex, Clint Camilleri, qal li l-kalendarju kulturali huwa mimli attivitajiet relatati ma’ dawn il-jiem qaddisa tal-Għid sabiex jinżammu ħajjin it-tradizzjonijiet. Dan minbarra li tiġi offruta esperjenza differenti lil dawk kollha li jagħżlu lil Għawdex f’dawk il-jiem.
Il-programm ta’ attivitajiet jinkludi, fost oħrajn, għadd ta’ funzjonijiet, purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, kunċerti ta’ mużika sagra, diversi esibizzjonijiet tal-arti, u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid il-Kbir, inkluża purċissjoni bl-Istatwa tal-Irxoxt. Hemm ukoll diversi attivitajiet għat-tfal.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq is-sit https://issuu.com/visitgozo/docs/easter_in_gozo_2023