Fil-Greċja, bosta ħarġu jipprotestaw dwar l-inċident bil-ferrovija li ħasad il-ħajja ta’ 43 persuna; ħafna kienu bassru li kien se jseħħ xi inċident fatali.
Fil-fatt, membri tal-unjin għall-ħaddiema li jaħdmu fuq il-ferroviji jemmnu li s-sistemi li jipproteġu milli jiġru dwan l-inċidenti ma kienux qed jaħdmu sew, u ilhom iwissu b’mod ripetut dwar dan għal diversi snin.
Apparti d-dimostrazzjonijiet li qed isiru f’numru ta’ bliet Griegi, llum, il-ħaddiema tal-ferroviji se jkunu qed jistrajkjaw għal dak li qed jgħidu li huwa negleġenza ta’ min jieħu ħsieb.
Intant, il-Prim Ministru Grieg qal li dan id-diżastru seħħ kawża ta’ żball uman.