Raġel ta’ 49 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-5.30 fi Triq Buqana limiti tar-Rabat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li r-raġel ttajjar waqt li kien qed isuq e-kick scooter ttajjar minn karozza tat-tip BMW misjuqa minn mara ta’ 28 sena mill-Imtarfa.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li ta l-ewwel għajnuna u wara ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Uffiċjali tal-infurzar minn Transport Malta għalqu partijiet minn din it-triq sakemm saru l-investigazzjonijiet neċessarji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.