Aldo Pistella, Taljan ta’ 36 sena minn Wied il-Għajn, intbagħat sentejn ħabs u ġie mmultat aktar minn €3,000 wara li nstab ħati li kellu l-kannabis u l-kokaina għal skop ta’ traffikar bejn is-snin 2013 u l-2014.
Kemm f’karozza mislufa lilu u anke fir-residenza tiegħu, instabu bosta sustanzi u flus kontanti, filwaqt li fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, instabu messaġġi relatati mat-traffikar ta’ droga.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-ħabs, huwa kien irriżulta pożittiv għall-kannabis u l-kokaina, iżda dan ma kienx jiġġustifika l-ammont li nstab fuqu.