Il-Qorti ċaħdet it-talba ta’ Yorgen Fenech biex jitneħħa s-Supretendent Keith Arnaud mill-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
F’kawża kostituzzjonali li fetaħ kontra l-Avukat tal-Istat, il-Ministru għall-Intern, u s-Supretendent Keith Arnaud, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kien qal li Arnaud għandu kunflitt ta’ interess.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bħalissa, Fenech qed jistenna biex jgħaddi ġuri b’rabta mal-qtil.
L-Imħallef Lawrence Mintoff ċaħad it-talba hekk kif sostna li Fenech ma eżawrixxiex r-rimedji legali ordinarji li kellu qabel fetaħ il-kawża Kostituzzjonali.