Illum il-ġurnata l-klieb saru jagħmlu kollox minn sidhom, isiefru, jixtru, restoranti u saħansitra jakkumpanjawhom fuq il-post tax-xogħol. Issa lill-klieb tiegħek tista’ teħodhom ukoll fuq tour bus l-Ingilterra. Din hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha u toffri vjaġġi lil kull tip ta’ kelb madwar l-Ingilterra, liema vjaġġi matulhom il-kelb tiegħek jista’ jieqaf u jgawdi ukoll żoni apposta għal klieb.
Iżda, inti tista’ takkumpanja ukoll lill-kelb tiegħu u titgħallem dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal-klieb fl-Ingilterra fosthom dwar il-klieb tar-razza Corgi li għandhom il-privileġġ li jgħixu mar-reġina f’Buckingham Palace.
Sid il-kelb jingħata ukoll mappa ta’ liema restoranti jista’ jmur jiekol fihom fil-waqfiet li tagħmel din it-tour bus biex b’hekk verament ikollhom vjaġġ komplut. Jekk qed tinteressa ruħek u tixtieq tieħu l-kelb tiegħek aħsiblu, għax minkejja li dawn it-tours qed isiru tliet darbiet f’ġurnata l-lista ta’ stennija hija twila mhux ħażin.