Mal-135 atleta taħt l-14-il sena kienu l-protagonisti fi tmiem il-ġimgħa fil-Matthew Micallef St John Stadium fil-Marsa għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonat taż-Żgħażagħ tax-Xitwa.
Żgur li dan l-avveniment se jibqa’ jnissel memorji sbieħ għal Kristina Azzopardi ta’ Pembroke Athleta (ritratt fuq) u Leah Frendo ta’ Rush li temmew l-impenji tagħhom b’xejn inqas minn erba’ suċċessi.
Azzopardi, li tikkompeti fil-kategorija U14 rebħet is-60m, 70m hurdles, 300m u l-long jump. Fl-Under 14, Leah Frendo telgħet fuq l-ogħla post tal-podju b’suċċessi fis-60m, 300m, long jump u l-ball throw.
Fost is-subien, Andre Gauci (Pembroke) temm bi tliet midalji wara li rebaħ kemm ix-shot put u d-discus fl-Under 14 filwaqt li temm it-tieni f’tellieqa mill-aktar missielta tal-1k wara Matteo Gauci ta’ La Salle.
Tellieqa eċitanti oħra kienet dik tat-300m Under 12 subien fejn Noah Haber ta’ Pembroke jegħleb lil Nathan George Bonello ta’ Rush b’distakk minimum ta’ 0.12 ta’ sekonda. Haber rebaħ ukoll il-long jump u spiċċa t-tieni fis-60m. Fl-Under 14, Nathaniel Bezzina (Aloysians Athletics Club) temm fl-ewwel post quddiem Jack Borg Pullicino ta’ Pembroke.
Kristina Azzopardi u Leah Frendo ddominaw it-300m fil-kategoriji rispettivi, b’Sara Giordano Imbroll u Karina Mia Peresso fit-tieni post.
Fil-qbiż, il-pubblika preżenti fil-Marsa seta’ jassisti għal sfida sabiħa fil-high jump fejn Emma Vassallo (Pembroke) eventwalment temmet fll-ewwel post quddiem Francesca Sammut (Aloysians). Noah Mulholland (Pembroke) rebaħ il-kompetizzjoni tas-subien.
Luke Sparling (Mellieħa) rebaħ il-ball throw tas-subien quddiem Adam Cutajar ta’ Rush.