Raġel li aġixxa bħala middleman fi ftehim dwar kilo sustanza kannabis 13-il sena ilu, ġie mogħti sentenza ta’ sentejn u nofs ħabs wara li ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Ir-raġel ta’ 45 sena li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti, kien mistenni jitla’ ġuri fuq il-każ li seħħ fl-2010.
Meta kien qed jagħti s-sentenza l-Imħallef Aaron Bugeja ħa inkunsiderazzjoni l-fatt li l-akkużat ikkopera mal-investigaturi.
Kien b’hekk li s-sentenza li ngħatatlu kienu ridotta b’żewġ gradi skond il-liġi.
L-imputat ngħata wkoll multa ta’ €2,500.