Il-President tal-Parlament Ewropew bl-ewwel żjara uffiċjali f’pajjiżna
Hekk kif il-ġimgħa f’pajjiżna se jsir summit informali għall-mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea, għada, l-President tal-Parlament Ewropew il-ġdid se jkun qed jagħmel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu f’pajjiżna.
Dan huwa l-programm taż-żjara ta’ Antonio Tajani:
14:00 – Il-President tal-Parlament Ewropew se jiltaqa’ mal-Ministru għall-affarijiet barranin George Vella f’Palazzo Parisio, il-Belt Valletta.
15:15 – Laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil.
16:30 – Żjara fl-uffiċju tal-informazzjoni tal-Parlament Ewropew.
17:00 – Laqgħa mas-soċjetá ċivili Maltija f’Dar l-Ewropa.
18:00 – Laqgħa ta’ korteżija mal-ispeaker tal-kamra tar-rappreżentanti Anġlu Farruġia .
20:00 – Ikla mal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-President tal-Kummisjoni Ewropea Jean Claude Juncker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk
Antonio Tajani ġie elett bħala President tal-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Jannar, 2017 għal terminu ta’ sentejn u nofs. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien l-ewwel mexxej li iltaqa’ mal-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew.