Il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan, talab skuża lin-nies milquta mit-terremoti kbar li seħħew fil-pajjiż minħabba dewmien fl-operazzjonijiet ta’ salvataġġ, fost rabja li qed tikber għar-rispons tal-Gvern f’dawn iż-żminijiet diffiċli.
Huwa qal li t-terremoti nfushom u anki t-temp ħażin li kien hemm fil-pajjiż, fissru li l-operazzjonijiet ma setgħux isiru kif mixtieq.
Aktar minn ħamsin elf persuna mietu fit-Turkija u fis-Sirja wara t-terremoti qawwija tas-sitta ta’ Frar.
Erdogan – li qed jerġa’ jaspira li jkun President fl-elezzjonijiet li se jsiru f’Ġunju, qed idur iż-żoni l-aktar milquta.
Dan id-diżastru ħalla miljun u nofs persuna bla saqaf fuq rashom u eluf oħra bla xelter.