Paul Johnson, Ingliż ta’ 67 sena, ngħata sentenza ta’ ħmistax-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li pprova jisraq mobile ta’ xufier ta’ taxi u anki li weġġgħu ħafif waqt argument f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda, wara li l-vittma mar jagħmel rapport lill-Pulizija, fejn irrapporta li kien hemm argument bejnu u passiġġier xurban, li ħadlu l-mobile tiegħu.
Intqal ukoll li l-passiġġier nesa l-mobile fil-karozza u huma identifikaw lill-imputat minn fuq il-mobile stess.
Fil-Qorti ntqal li l-imputat ta lura l-mobile lill-vittma.