“Emozzjonata li se nibda din l-avventura ġdida: dik ta’ omm.”
Din kienet l-ewwel reazzjoni tas-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said ma’ one.com.mt, wara li lbieraħ fil-5.34pm saret omm ta’ tifla. Ma’ One News, hija ħabbret esklużivament li liċ-ċkejkna se jsemmuha Margaux.
“Meta tara t-tarbija f idejk, tesperjenza mumenti li ma nistax niddiskriviehom. Ferħ surreali, li se nibqa’ ngħożż għal ħajti kollha. Tassew li t-tfal iġibu magħhom esperjenzi sbieħ, mimlija imħabba u għożża,” qalet Alicia Bugeja Said.
Is-Segretarju Parlamentari qalet li, wara ftit jiem ta’ mistrieħ, se tkompli taħdem għall-ġid tal-poplu, sabiex bintha tgħix f’pajjiż aħjar minn qabel.
Hija rringrazzjat lil kulħadd tal-appoġġ, speċjalment lil żewġha, Malcolm, li kien magħha matul dan il-vjaġġ u li flimkien se jiktbu kapitlu ġdid fil-ħajja tagħhom.
AQRA WKOLL: