Diviżiv, isteriku u partiġġjan.
Kien b’dan il-mod li Bernard Grech indirizza attività politika fid-Dar Ċentrali il-Ħadd filgħodu.
Attività politika li fiha l-Kap Nazzjonalista f’dagħdiha sħiħa kompla juri kemm iħaddan il-politika tal-aħna kontra huma.
“Għalhekk ma irridux inċedulhom pulzier.”
Fl-istess waqt, tul id-diskors tiegħu, kompla jikkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista huwa mifrud.
Tant li spiċċa jappella għall-għaqda.
“Irridu nkunu lkoll kelma waħda”
Grech għamel dan bid-deputati Nazzjonalisti fl-isfond, li kollha jappartjenu għall-fazzjonijiet differenti bl-aġendi rispettivi tagħhom u li waħda minnhom saħansitra mmirat li tqaċċtu minn Kap hekk kif kienet se tibda tiġbor il-firem.
Fid-dawl ta’ din il-pressjoni interna kompla jipprova jimbotta ’l quddiem il-profil tiegħu.
“Ħa ngħidilkom jien”
Intant il-Kap Nazzjonalista, rrikorra għal battuti li bihom attakka lill-Prim Ministru ta’ pajjiżna.
“Min jaf kemm hu kburi.”
Huwa saħansitra jiżufjetta wkoll lill-partitarji Laburisti li l-Ħadd filgħodu nġemgħu sabiex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela f’Ħal Għaxaq.
Dan biex b’hekk kompla jikkonferma l-politika partiġġjana u ta’ firda li jħaddan il-Partit Nazzjonalista.
“Bħalissa qiegħed ximkien quddiem il-ġemgħa tiegħu”