Erba’ persuni jittieħdu l-Isptar wara li ftit tal-ħin ilu kienu involuti f’inċident tat-traffiku fir-Rabat limit tal-Baħrija.
L-inċident seħħ fi Triq Bieb ir-Ruwa għall-ħabta tat-14.45.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li għal xi raġuni, karozza tal-għamla Mazda Demio, inqalbet.
Fuq il-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei li taw l-ewwel għajnuna.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.