Ħadd ma weġġa’ wara li waqgħet parti minn saqaf ta’ residenza fi Triq San Pawl Milqi f’Burmarrad.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li parti mis-saqaf iġġarrfet minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni fl-istess dar.
Ma hemm l-ebda sit ta’ kostruzzjoni fil-viċinanzi.
Is-servizzi tal-emerġenza marru mill-ewwel fuq il-post, fosthom uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Kien hemm ukoll diversi uffiċjali tal-Pulizija.
B’xorti tajba, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.