L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea qablu li jimponu sett ieħor ta’ sanzjonijiet fuq ir-Russja, b’rispons tal-invażjoni li dan tal-aħħar qed tagħmel fuq l-Ukrajna.
L-aħħar sanzjonijiet huwa smtat li jlaħħqu valur ta’ minn tal-inqas ħdax-il biljun ewro f’esportazzjoni mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll tinkludi t-tfigħ ta’ propogandisti f’lista sewda.
Barra minn hekk, dawn is-sanzjonijiet għall-ewwel darba se jolqtu lill-gwardja rivoluzzjonarja tal-Iran li qed tgħin lill-Kremlin militarment.
Il-qbil wasal ftit tal-ħin qabel l-Unjoni Ewropea kienet ħa taqbeż l-iskadenza imposta minnha stess biex issir dan il-qbil b’mod simboliku f’għeluq l-ewwel anniversaju mill-bidu tal-invażjoni Russa.
Dan wara li l-ambaxxaturi ma laħqux ftehim matul il-jiem tal-Erbgħa u l-Ħamis, biex il-ftehim intlaħaq il-Ġimgħa, bejn is-sebgħa u għoxrin stat membru li lkoll riedu jaqblu fuq dan il-pakkett biex is-sanzjonijiet jiġu approvati.